07/06/2025
🌍✈ Se tivvjaġġa mal-familja dal-sajf? Dan l-episodju għandek bżonn tarah! 😎
Minn vaċċini 💉 li forsi ma kontx taf li għandek bżonnhom, sa mard endemiku f’ċerti pajjiżi, u minn kif tipproteġi lit-tfal żgħar sa x’għandek iżżomm f’travel kit mediku tiegħek – tkellimna ma’ Dr. Jordy Borg, tabib speċjalizzat fil-mediċina tas-safar, fuq kollox li għandu x’jaqsam ma’ vjaġġar sigur u b’saħħtu.
🧳 Taf x’għandek tikkunsidra qabel issiefer?
💉 Għandek bżonn vaċċini jew mediċini preventivi?
🌴 Tista’ tivvjaġġa b’tarbija jew waqt it-tqala?
📦 X’materjal mediku għandek tieħu miegħek?
📺 Ara l-episodju sħiħ issa fuq Facebook & YouTube – u pprepara għal btala aktar serena u infurmata!
🙏 Grazzi lil Dr. Jordy Borg minn Ward To World għas-sehem tiegħu f’dan il-podkast u għall-pariri siewja li għaddielna biex insiefru b’aktar serħan il-moħħ.4
Grazzi wkoll lil Alfred Gera & Sons Ltd., NIA's House of Beauty u QuickFix għas-sapport tagħhom 🙏